Internazzjonali

Elezzjoni ġenerali fl-Awstralja f’Lulju

Il-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnbull il-Ħadd ħabbar li se tissejjaħ elezzjoni ġenerali fl-Awstralja fit-2 ta’ Lulju.
Elezzjoni li se tkun differenti minn dawk tal-passat kemm peress li se tkun l-itwal kampanja elettorali fl-istorja tal-pajjiż kif ukoll għaliex se ssir għaż-żewġ kmamar tal-Parlament.
L-elezzjoni qed isir fi sfond ta’ staġnar politiku fil-pajjiż fejn għal dawn l-aħħar xhur, is-Senat ibblokka kontinwament il-liġijiet li ressaq il-Gvern.
Turnbull hu r-raba’ Prim Ministru Awstraljan f’dawn l-aħħar sentejn fost ħafna inċertezza politika fil-pajjiż. Dan minħabba ġlied intern fil-partiti hekk kif il-Gvern ikun qed jipprova jsaħħaħ l-ekonomija.
L-elezzjoni se ssir diversi xhur qabel suppost u Turnbull uża poteri li rari jintużaw biex ixolji ż-żewġ kmamar tal-Parlament.