Il-kumpanija Kasco, propjeta tal-Kap tal-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja Keith Schembri, iddikjarat telf wara li twaqqfu numru ta’ kumpaniji offshore.
Rapport f’The Sunday Times jaghmel analizi finanazarja ta’ Kasco Holdings li mill-kontijiet awditjati jidher li kellha telf ta’ 700,000 ewro.
Dan seħħ fit-tliet snin wara li twaqqfu żewġ kumpaniji offshore.
It-telf sehh fl-2012 u fl-2013 propju wara li twaqqfu l-kumpaniji kontroversjali f’ġurisdizzjoni sigrieta fil-British Virgin Islands.
Il-Panama Papers jistabilixxu li f’Jannar 2011, Keith Schembri waqqaf il-Colson Service Ltd waqt li l-kumpanija l-ohra Selson Holding Corporation twaqqfet fl-istess gurnata u kienet immexxija minn Malcom Scerri, il-Managing Director ta’ Kasco.
Il-Kummissarju tat-Taxxa diga ddikjara li l-persuni kolha imsemmija fil-Panama Parers qed jigu investigati iżda ghadu mhux stabbilit jekk il-Prim Ministru hux se jawtorizza l-pubblikazzjoni kollha tal-investigazzjoni fil-kontijiet finanzarji tal-Kap tal-uffiċċju tiegħu f’kastilja.
It-tweġiba ta’ Keith Schembri kienet li hu ma jiddiskutix informazzjoni kummerċjali dwar il-kumpaniji tieghu.
Rapport iehor dwar il-Panama Papers u l-kumpanija kassco kien pubblikat f’The Malta Indpendent on Sunday li qal li hu mistenni l-HSBC jagħmel investigazzjoni dwar id-dokumenti allegatament iffrodati marbuta ma’ Keith Schembri u Malcolm Scerri.
L-investigazzjoni se tiffoka fuq ir-rapport li d-dokumenti ta’ informazzjoni ghall-Kasco hargu mll-fergha tal-HSBC f’H’Attard f’Mejju 2013. Dan meta l-fergħa tal-HSBC ta’ Ħ’Attard kienet ilha sena magħluqa, għaliex din għalqet fi Frar 2012.
Jekk jirriżulta li dan hu minnu, hemm il-possibbilta li tittieħed azzjoni mill-Awtorita’ tas-Servizzzi Finanzjarji li tista’ twassal ukoll għal azzjonijiet fil-konfront tal-Managment tal-kumpanija Nexia BT, li fiha hemm Brian Tonna u Karl Cini bhala diretturi.
//= $special ?>