Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq se tuża biss l-armi nukleari jekk tkun taħt “theddida”

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un qal li l-Korea ta’ Fuq mhix se tuża armi nukleari sakemm ma tkunx mhedda s-sovranità tal-pajjiż.

Il-Korea ta’ Fuq bdiet l-ewwel testijiet tagħha fuq armi nukleari fl-2006, wara li rtirat minn ftehim internazzjonali. Spiss hedded lill-Korea t’Isfel u lill-Istati Uniti li se twettaq attakki nukleari.

Il-midja tal-Istat tal-Korea ta’ Fuq qed tirrapporta li Kim Jong-un qal lill-Kungress tal-Partit tal-Ħaddiema fil-belt ta’ Pyongyang li hu lest jinnormalizza r-relazzjoni li għandu ma’ pajjiżi li kienu ostili mal-Korea ta’ Fuq.