Lokali

Filmat: Ira Losco – Tinsab ferħana li għall-ewwel darba se tkun qed tiċċelebra Jum l-Omm

Ira Losco żvelat li ftit tax-xhur oħra hija se jkollha tarbija. Ira wasslet l-aħbar ftit tal-ħin ilu propju llum f’Jum l-Omm. Din l-aħbar ġiet żvelata fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook.

Ira qalet li bħal-lum, hija tinsab ferħana li għall-ewwel darba hi se tkun qed tiċċelebra Jum l-Omm, bi stennija għat-tarbija tagħha.

Fil-messaġġ tagħha, il-kanatanta qalet li qed tibgħat dan il-messaġġ wara l-provi ta’ din il-ġimgħa ta;’ Walk on Water fil-belt ta’ Stokkolma. Provi li kif jidher ir-riżultat hemm ħafna kummenti pożittivi dwarhom. Fil-messaġġ tagħha hija qalet li qed taqsam dan il-messaġġ ta’ ferħ ma’ dawk kollha li jinsabu magħha f’dan il-vjaġġ, ovvjament ma jonqosx l-għarus tagħha Sean Gravina, il-qraba u l-ħbieb tagħha li jinsabu magħha fl-Iżvezja.

Hija qalet li f’dan l-ispirtu tal-festa tal-lum, illum qed tiċċelebra Jum l-Omm. Ira qalet li hi u Sean, jinsabu ferħana ferm, li fl-aħħar qed jaqsmu din l-bxara ma ‘ kulħadd, wara li bosta setgħu intebħu li hi kienet qed tistenna tarbija.

13138890_10154811580423916_8045279375350641085_n

Il-koppja qalu li qatt ma ħasbu li tul l-esperjenza ta’ dan il-Eurovision huma kienu se jiġu mbierka b’aħbar daqshekk sabiħa.

Hija temmet il-messaġġ billi awgurat lill-ommijiet kollha tad-dinja Jum l-Omm mill-aqwa.