Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, Kim Jong Un, qal li pajjiżu qatt ma kien se juża l-armi nukleari jekk mhux meta tintmess is-sovranità tal-pajjiż minn oħrajn li għandhom l-armi nukleari.
Hu ħabbar dan waqt diskors lin-nazzjon, fejn ħabbar ukoll pjan mifrux fuq ħames snin biex titqajjem l-ekonomija tal-pajjiż.
Kim qal dan waqt kungress rari tal-Partit tal-Ħaddiema fejn ħabbar ukoll li r-reġim ta’ Pyongyang kien lest ikollu relazzjonijiet normali ma’ pajjiżi li s’issa kienu ostili lejh. Kim qal li għandu jkun hemm aktar taħditiet mal-Korea t’Isfel biex tikber il-fiduċja bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Korea ta’ Fuq fil-passat spiss għamlet stqarrijiet simili biex imbagħad toħroġ messaġġi mimlija theddid lejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel u sfidat lin-Nazzjonijiet Uniti diversi drai b’rabta mal-programm nukleari Korean.
Kim sejjaħ l-ewwel Kungress tal-partit f’dawn l-aħħar 36 sena u hu mistenni li fih isaħħaħ il-kontroll tiegħu fuq il-poter. Hu kien sar mexxej wara l-mewt tiegħu fl-2011.
Kim Jong Un iwiegħed dwar l-armi nukleari
