Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-20,00, fi Triq San Patrizju, f’Birżebbuga ġie innutat raġel mixħut mal-art rieqed, bi flokk mimli dmijja u mhux fi stat li jikkomunika. Ġiet imsejjħa ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-allegazzjoni li aktarx il-vittma waqa’ u ħabat rasu ma’ ċint kif ukoll sabiex tistabilixxi d-dettalji dwar l-identita’ tiegħu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D Frendo Dimech LLD li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija mill-Għassa ta’ Birżebbuga.
//= $special ?>