Lokali

Rumen ta’ 34 sena spiċċa l-baħar wara li tkaxkar minn mewġa f’Wied iż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10,05 ta’ filgħodu fejn ir-raġel għal xi raġuni jew oħra spiċċa l-baħar u ma setgħax jitla’, tant li prova jiggranfa mal-blat.

Ir-raġel, li hu ta’ nazzjonalita Rumena, kien salvat mill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ ħelikopter Alhouette.

Hu ttieħed fl-Isptar Mater Dei għall-kura.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.