Is-Soċjetà Ċivili qalet li fil-futur qarib se titlob il-partiti politiċi kollha biex jimpenjaw ruħhom biex jappoġġjaw il-Pakkett ta’ Kontra l-Evitar tat-Taxxa li qed jiġi diskussa fuq il-livelli tal-Unjoni Ewropea. Infatti, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew appellaw għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pakkett li se jkun linja gwida għal kulħadd.
Intant is-Soċjeta Ċivili irringrazzjat lill-400 persuna li attendew l-protesta tal-bieraħ, fejn is-soċjeta insistiet għar-riżenja taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, u l-Ministru bla portafoll, Konrad Mizzi.
Fi stqarrija s-Soċjeta Ċivili qalet li kull min kien preżenti lbieraħ ta l-appoġġ tiegħu għal dak li qed tisħaq is-soċjeta filwaqt li wkoll irringrazzjat li ħafna nies oħra li għażlu li ma jattendux il-protesta iżda appoġġjaw il-protesta permezz tal-midja. Min-naħa l-oħra huma qalu li nnuttaw li l-maġġoranza tal-membri parlamentari taqbel li Mizzi u Schembri għandhom jirriżenjaw mill-volontà tagħhom stess.
//= $special ?>