Splużjoni żgħira f’Buġibba kkawżat nirien u xi ħsarat f’appartament fi Triq il-Ħalel f’Buġibba. Waqt l-inċident meta seħħet l-ispliżjoni, fl-appartament kien hemm żewġ nisa. L-inċident seħħ għal ħabta ta’ nofsinhar.
Iż-żewġ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei u qed jiġu kkurati għax-xokk li ħadu wara dan l-inċident.
Sorsi qalu li l-isplużjoni seħħet wara li sploda tank tal-gas li kien installat ilbieraħ fuq il-post.
Aktar dettalji meta jaslulna.
//= $special ?>