Eġizzjan ta’ 45 sena residenti l-Ħamrun jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ttajjar minn vettura f’Xatt Lascaris fil-Belt.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.20pm, meta għal xi raġuni r-raġel ittajjar mill-vettura tat-tip Peugeot, misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti l-Belt.
Sorsi li tkellmu ma’ NETnews qalu li kawża tal-inċident, l-Eġizzjan ittajjar għal diversi metri. Hu ħabat rasu u sofra feriti serji.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku, li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Hemm, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi u li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett, filwaqt li l-Maġistrat tal-għassa fetaħ Inkjesta u jinsab assistit minn numru ta’ esperti.
//= $special ?>


