Żagħżugħ ta 24 sena residenti Ħ’Attard tressaq dalgħodu akkużat li kellu fil-pussess tiegħu 767 pillola ecstasy, 18-il gramma kokaina u traċċi ta’ ħaxixa. Quddiem il-Maġistrat Marseann Farrugia, Tomislav Hegedus, imwieled f’Malta, kien akkużat ukoll li s-Sibt li għadda f’Pembroke ikkommetta ir-reati ta’ pussess aggravat bl-intenzjoni ta’ traffikar f’distanza ta’ 100 metru minn skola, club jew post simili fejn normalment jiltaqgħu iż-żagħżagħ.
Hegedus qed jinżamm taħt arrest sakemm jinsab garanti għall-garanzija personali ta’ €30,000 minħabba li l-akkużat ma’ jaħdimx.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Justine Grech. L-Avukat Roberto Montalto qed jidher għall-akkużat.
//= $special ?>
