Qed tintensifika l-kampanja tal-Association for Abandaned Animals biex tinbidel il-liġi u jsir illegali li s-sidien tal-klieb iħalluhom marbuta bil-ktajjen sakemm imutu.
Fl-aħħar sigħat l-AAA ppublikat filmat biex iżżid il-pressjoni dwar din il-kawża mal-awtoritajiet.
L-assoċjazzjonijiet li jaħdmu mal-annimali ilhom snin jitolbu bidla fil-liġi, iżda l-problema kompliet toħroġ biċ-ċar meta ftit jiem ilu nstab Alistair, kelb tar-razza Shar Pei, abbandunat f’Ħal Qormi, b’katina li nifdet madwar għonqu.
//= $special ?>