Illum, id-9 ta’ Mejju, Malta qed tingħaqad mal-bqija tal-Ewropa u tfakkar Jum l-Ewropa – ċelebrazzjoni annwali ta’ paċi u għaqda fil-kontinent.
Kien propju bħal-lum 66 sena ilu, fl-1950, li l-Ministru Franċiż għall-Affarijiet Barranin Robert Schuman għamel l-ewwel pass lejn il-formazzjoni ta’ għaqda Ewropea, li maż-żmien saret l-Unjoni Ewropea kif nafuha llum.
Fl-okkażjoni ta’ din il-ġurnata, l-Uffiċċji tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta ħarġu flimkien produzzjoni viżiva, b’karattri differenti mis-soċjetà Maltija jgħidu xi x’inhi għalihom l-Ewropa.
//= $special ?>