Internazzjonali

Jirriżenja l-Kanċillier Awstrijak

Werner Faymann irriżenja mill-kariga ta’ Kanċillier tal-Awstrija. Dan ġimagħtejn wara li l-Partit Soċjal-Demokratiku tiegħu kiseb telfa kbira fl-elezzjoni Presidenzjali.
Fl-Awstrija, in-nies ilhom ilestu għal taqlib politiku minn mindu Norbert Hofer tal-FPÖ kiseb rebħa konvinċenti fl-ewwel fażi tal-elezzjoni Presidenzjali. L-ewwel darba li l-partit tradizzjonali Awstrijaċi ma kkwalifikawx għat-tieni fażi tal-elezzjoni Presidenzjali li din id-darba se ssir fit-22 ta’ Mejju.
Faymann, li ilu Kanċillier mill-2008, kien taħt pressjoni minn xi wħud ġewwa l-partit tiegħu stess għax kien qed jirrifjuta li jidħol f’koalizzjoni mal-partit estremista, il-Partit tal-Liberta (FPÖ) kif ukoll minħabba l-linja iebsa fil-konfront tal-immigrazzjoni. Ix-xahar li għadda il-FPÖ rebaħ l-ewwel fażi tal-elezzjoni Presidenzjali.
Fi stqarrija Faymann qal li kien se jirriżenja kemm bħala Kanċillier kif ukoll minn kap tal-FPÖ.