Lokali

Joe Grima jirreferi għall-Musulmani bħala wirdien

“Il-kitba hi ċara. il-wirdien invadew lil Londra” – Kien b’dan il-mod li Joe Grima, li ngħata kariga uffiċjali f’isem pajjiżna mill-Prim Ministru Joseph Muscat, irreaġixxa għall-aħbar li Sadiq Khan sar l-ewwel sindku Musulman ta’ Londra.

Joe Grima hu eks ministru f’isem il-Partit Laburista, li Muscat għażlu biex ikun ir-rappreżentant speċjali ta’ Malta għall-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu.

F’post li tella’ fuq Facebook, Grima kompla li “meta r-residenti ta’ Londra vvutaw għal sindku Musulman, ippermettew li fil-belt Ingliża jidħlu l-wirdien.”

“Għal darb’oħra daħħaq in-nies bih” – is-Sindku ta’ Pembroke

Din l-istqarrija ta’ Joe Grima wasslet għal kundanna kbira, mhux mill-Prim Ministru li tah il-kariga, iżda minn numru ta’ persuni fosthom is-Sindku ta’ Pembroke elett f’isem il-Partit Laburista, Dean Hili.

Fuq Facebook, filwaqt li rreaġixxa għall-istorja, Dean Hili sarkastikament ta prosit lil Joe Grima, li qal li “għal darb’oħra daħħaq in-nies bih fuq is-social media.”

Iktar minn hekk kompla billi qal prosit ukoll “lil min jippermettilu li jkompli jħammar wiċċ il-Maltin.”

Joe Grima