Lokali

Keith Schembri kkonfermat fil-lista tal-iskandlu Panama Papers

Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri, ġie kkonfermat bħala wieħed mill-persuni Maltin involuti fl-iskandlu Panama Papers, fejn persuni minn madwar id-dinja ħbew flushom f’pajjiżi meqjusa bħala ‘ġenna għal min irid jevadi t-taxxa.’

Qabel illum, Keith Schembri kien ikkonferma li għandu l-kumpaniji f’tax havens iżda ismu ma kienx jidher fil-lista minħabba li qabel illum kienu żvelati biss politiċi. Fil-lista, jidher biss isem politiku Ewropew wieħed: Konrad Mizzi.

Id-dokumenti tal-kumpanija Mossack Fonseca juru kif jeżistu 676 kumpanija li huma assoċjati ma’ Malta b’indirizz f’pajjiżna. Bejniethom, dawn il-kumpaniji, għandhom l-involviment ta’ 277 azzjonist, 42 klijent u 59 benefiċjarju.

B’kollox illum ġew żvelati iktar minn 200,000 dokument mifruxa fuq 39 sena tal-kumpanija Mossack Fonseca. Minbarra oħrajn, fil-lista jidher ukoll l-eks Direttur maniġerjali ta’ Allied Group, Adrian Hillmann.

Il-lista kollha tista’ tiġi aċċessata hawn.