Lokali

Muscat ma jħallasx taxxa għas-€7,000 li jdaħħal meta jikri l-karozza tiegħu lilu nnifsu

Hu fatt magħruf li l-Prim Ministru jdaħħal €7,000 f’allowances fis-sena għax juża’ l-karrozza privata tiegħu għal-attivitajiet uffiċjali.

Madankollu, issa kien żvelat li fuq dawk is-€7,000 fis-sena, Muscat ma jħallasx taxxa.

Id-dettalji dwar dan kienu żvelati fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal The Times of Malta wara li dettalji dwar din l-allowance tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Joseph Muscat kien għażel li juża’ l-karrozza tiegħu minflok jingħata karrozza uffiċjali. Din id-deċiżjoni kienet fissret li Muscat kien se jdaħħal €35,000 fuq medda ta’ ħames snin.

Fl-artiklu kien żvelat ukoll li l-konsum ta’ fuel li l-vettura tat-tip Alfa li l-Prim Ministru juża’ għall-attivitajiet uffiċjali jammonta għal €70 fil-ġimgħa.