Internazzjonali

Twissija ta’ Cameron dwar il-‘Brexit’

epa05296010 British Prime Minister David Cameron (C) delivers a speech on the European Union at the British Museum in central London, Britain, 09 May 2016. Britain will vote whether to remain or the leave EU on 23 June 2016. EPA/ANDY RAIN / POOL

Hekk kif ix-xahar id-dieħel se jsir ir-referendum fir-Renju Unit, imlaqqam Brexit, dwar jekk il-pajjiż għandux jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea, u l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed juri li l-elettorat hu kważi maqsum indaqs, il-Prim Ministru David Cameron għamel appell ieħor favur is-sħubija
Waqt diskors fil-British Museum f’Londra, Cameron wissa vot biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE kien se jipperikola l-paċi fl-Ewropa u kull darba li r-Renju Unit tat daharha lill-Ewropa, kif turi l-istorja ftit wara jiddispjaċiha. Hu qal li l-perikli bit-tluq mill-UE kienu ferm kbar biex wieħed jissograhom.
Cameron qal li kull darba li r-Renju Unit iżolat ruħha dejjem iddispjaċiha.
Cameron, minkejja t-twissija li għamel, qal li jemmen li d-deċiżjoni li jsejjaħ referendum kienet waħda tajba għax ma jemminx li wieħed kellu jżomm nazzjon sovran u indipendenti f’għaqda kontra r-rieda tal-poplu.
Ir-referendum se jsir fit-23 ta’ Ġunju u kienet wegħda elettorali ta’ Cameron.