Wara li spiċċa l-ħames staġun ta’ Game of Thrones is-sena li għaddiet, ħafna fans kienu dispjaċuti li mhux se jaraw aktar lill-attur Ingliż Kit Harington fil-parti ta’ Jon Snow. Dan għaliex Snow kien inqatel b’mod mill-aktar brutali.
Iżda issa, Jon Snow irxoxta. Fit-tielet episodju tal-istaġun il-ġdid (li ixxandar il-Ħadd filgħaxija) Jon Snow jidher iqum mill-mewt – bla ħwejjeġ – u jirritorna lura ma’ sħabu fis-silġ ta’ Westeros.
Mat-tmiem tat-tielet episodju, miljuni ta’ fans ħallew kummenti fuq Twitter biex jesprimu s-sodisfazzjon tagħhom għar-ritorn tal-attur li ħafna iqisuh fost l-aktar attrajenti f’din is-serje popolari.
Interessanti l-fatt illi skont l-episodju tal-Ħadd, m’hemmx ħajja wara l-mewt għan-nies ta’ Westeros. Dan għaliex Jon Snow, kemm dam mejjet, ma ra l-ebda dawl.
Wara li irxoxta, sħab Jon Snow tan-Night’s Watch qed iħarsu lejh daqs li kieku xi Salvatur.
//= $special ?>