Lokali Saħħa

32 mediċina out of stock

Mediċini out of stock

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi, jgħidu li mediċini Out-Of-Stock huma xi ħaġa tal-passat. Fi kliem ieħor gvern Laburista jgħid li mediċini out-of stock m’hemmx.

Iżda dan mhux minnu hekk kif għand Net News waslet lista ta’ mediċini li propju huma out-of-stock.

F’din il-lista hemm imsemmija 32 mediċina differenti.

Fost dawn il-mediċini hemm pilloli tal-pressjoni u tal-kolesterol. Hemm anke mediċina għall-epilessija u għall-mard mentali li hi out-of-stock u anke pilloli għall-qalb.

Qabel l-elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista għamel kampanja sħiħa jwiegħed lill-poplu li taħt gvern laburista mediċini out-of-stock ma jibqax ikollna.

Persuni li tkellmu ma’ Net News spjegaw kif kważi dejjem l-istess pilloli jkunu out of stock. Dan qed iwassal biex uħud mill-pazjenti qed jispiċċaw imorru jixtru l-mediċina huma minn flushom.