Lokali

Cardona jammetti d-distinzjoni

Il-Gvern Laburista jirrikonoxxi d-distinzjoni bejn min għandu kumpanija sigrieta l-Panama jew f’xi pajjiż ieħor u dawk li joperaw bħala intermedjarji u konsulenti.

Din id-dikjarazzjoni saret mill-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona meta kien qed iwieġeb mistqosijiet ta’ dan l-istazzjon f’konferenza tal-aħbarijiet li hu indirizza fil-parlament.

Fil-konfernza tal-aħbarijiet il-Ministru Chris Cardonansista li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schemrbi għandhom jinżammu fil-pożizzjoni tagħhom.

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Ministru Chris Carodna jista’ jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Deputat Mexxej Laburista. Miegħu se jkollu lil Konrad Mizzi.

Mistoqsi kontinwament biex jispeċifika liema huma l-kumpanija li huma tal-esponenti Nazzjonalisti, il-Ministru Cardona baqa’ ma semma l-ebda kumpanija.

Intant fi stqarrija l-PN qal li -Partit Laburista jinsab f’disprament u qed jara x’jivvinta biex jiprova jħammeġ lil ħaddieħor. Il-fatti jibqgħu li l-uniċi politiċi involuti fl-iskandlu tal-Panama Papers huma ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

Il-PN qal li ħafna invenzjonijiet u allegazzjonijiet li għamel il-Ministru Chris Cardona llum huma ntiżi biss biex jiprovaw iħawdu l-imħuħ tan-nies. L-involviment tal-persuni li semma Chris Cardona m’huwiex involviment ta’ Ministru li fetaħ kumpanija għalih innifsu meta kien Ministru, imma sempliċement li bħala avukati, id-ditti tagħhom taw servizz lil ħaddieħor, kif jagħmlu d-ditti legali u ta’ awdituri kollha f’pajjiżna.

Wara li għaddew 24 siegħa minn x’ħin ġew żvelati aktar dettalji tal-Panama Papers, Muscat baqa’ jistaħba u ma qal xejn. Dan fid-dawl li lbieraħ ġie kkonfermat li Nexia BT fetħet tliet kumpaniji fil-Panama f’temp ta’ ġimgħa: Egrant li nfetħet fit-8 ta’ Lulju 2013, Hearnville Inc li nfetħet l-għada fid-9 ta’ Lulju, u Tillgate Inc li nfetħet fil-15 ta’ Lulju 2013. Hearnville hija ta’ Konrad Mizzi u Tilligate ta’ Keith Schembri. Il-mistoqsija kbira hi: Ta’ min hi t-tielet kumpanija?, sostna l-PN.