Kultura Kunsilli Lokali Lokali

Festa tal-Fjuri 2016 fl-Iklin

Il-Kunsill Lokali tal-Iklin se jorganizza t-tieni edizzjoni Festa tal-Fjuri bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. Environmental Landscapes Consortium Ltd huwa stakeholder prinċipali f’din l-attività. Din l-attività se ssir nhar il-Ħadd 15 ta’ Mejju 2016 fi Triq Anton Buttigieg, L-Iklin bejn 10 ta’ filgħodu sas-1800.

Il-Kunsill Lokali l-Iklin welled din l-idea mill-isem li ġġib din il-lokalita ‘L-Iklin’ (Rosemary) li hija x-xitla jew aħjar ħaxixa aromatika li f’Malta tikber faċilment u nsibuha f’diversi nħawi, nkluż fl-Iklin. Din ix-xitla għandha l-benefiċċji tagħha għaliex għandha użu mal-ikel u x-xorb apparti li minn din ix-xitla jsiru wkoll żjut naturali.

Matul din l-attività, se jkun hemm sezzjonijiet differenti li jinkludu public talks dwar suġġetti varji relatati man-natura u diskussjonijiet oħra interessanti minn kelliema kompetenti fosthom Alfred Baldacchino, Guido Bonett, Peter Calleja, Saviour Vella, Dione Carauna, Catherine Muscat, Pauline Attard, u Jeffrey Sciberras dwar il-bio diversità, pjanti endemiċi, l-użu tal-ħwawar, il-produzzjoni tal-fjuri u s-siġar Maltin, L-Iklin – in-natura tal-madwar.

Se jkun hemm parteċipi tal-għaqdiet tal-lokal fejn b’mod volontarju se jkunu se jtellgħu flower stands bil-għajnuna ta’ entitajiet kummerċjali li lesti jappoġġjaw din l-attività. Se jkunu wkoll parteċipi Nature Trust Malta, Birdlife Malta flimkien mal-Iskola Primarja Lija-Balzan-Iklin permezz tal-proġett ‘Dinja Waħda’, MCAST – The Institute of Agribusiness, GreenMT, fejn se jkunu qed jorganizzaw attivitajiet relatati mat-tema.

Se jkun hemm sezzjoni għall-kreattività bit-tema ‘Arti tal-Fjuri’ fejn artisti lokali se jkunu qed jesibixxu l-arti tagħhom. Se jkun hemm stands armati tal-ikel b’riċetti interessanti minn Malta Chef’s Society li jinkludu Rosemary Focaccia filled with Pulled Pork & Cheese, Risotto Rosmarino, Porcetta with Onion Gravy and Roast Potato, u Rosemary Sorbet.

S’intendi jkun hemm stands oħra armati b’ikel tradizzjonali bħal imqaret u herbal tea u ‘The Mixologist’ James Aquilina li ser iħejji cocktails bi ħwawar differenti. Fl-aħħarnett, se jkun hemm attrazzjonijiet għat-tfal biex din il-ġurnata tkun waħda divertenti għall-familja kollha.