Id-Deputat Nazzjonalista Francis Zammit Dimech cahad l-allegazzjonijiet li qed joriginaw mill-mezzi ta’ propaganda tal-Partit Laburista wara li isem kumpanija li hu kien jifforma parti minnha deher fil-Panama Papers, li kienu ppubblikati lbieraħ.
Fi stqarrija, Zammit Dimech ċaħad li hu qatt kellu, għandu jew qatt beħsiebu jkollu xi kumpanija sigrieta fil-Panama jew fi kwalunkwe pajjiż ieħor bħalma ma għamlu Konrad Mizzi u Keith Schembri. Spjega kif għall-kuntrarju ta’ Mizzi u Schembri, ismu personali ma jinstab imkien jekk wieħed wieħed jagħmel xi tfittxija fuq id-database.
Id-Deputat Nazzjonalista ċċara li bħala Avukat u wara li waqaf minn Ministru, waqqaf Uffiċċju Legali flimkien ma’ persuni oħra u li fost servizzi oħra kien joffri servizzi ta’ twaqqif ta’ kumpaniji reġistrati u liċenzjati mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji għal servizzi fiduċjarji lill-klijenti.
Filwaqt li sostna li dan l-Uffiċċju qatt ma rreġistra xi kumpanija fil-Panama jew ipprova jaħbi l-interessi ta’ xi persuni mdaħħla fil-politika, Francis Zammit Dimech sostna li fil-15 ta’ Awwissu 2014 hu kien irriżenja tant li llum m’għandu l-ebda interess finanzjarju jew xort’oħra fil-kumpanija.
Id-Deputat Nazzjonalista temm jgħid li l-ebda intimidazzjoni mhi se twaqqfu milli jkompli jaqdi dmiru fil-ħidma politika b’lealtà lejn il-poplu.
//= $special ?>