Joe Grima eks Ministru tal-Partit Laburista, li Muscat kien għażlu biex ikun ir-rappreżentant speċjali ta’ Malta għall-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu, irreżenja wara li ħala post fuq Facebook bi kliem ta’ disrispett lejn il-Musulmani.
“Il-kitba hi ċara. il-wirdien invadew lil Londra” – Kien b’dan il-mod li Joe Grima, li ngħata kariga uffiċjali f’isem pajjiżna mill-Prim Ministru Joseph Muscat, irreaġixxa għall-aħbar li Sadiq Khan sar l-ewwel sindku Musulman ta’ Londra.
F’post li tella’ fuq Facebook, Grima kompla li “meta r-residenti ta’ Londra vvutaw għal sindku Musulman, ippermettew li fil-belt Ingliża jidħlu l-wirdien.”
Aqra aktar dwar billi tagħfas hawnhekk.
//= $special ?>

