Lokali

Joe Debono Grech jissekonda lil Chris Cardona

Id-deputat veteran Joe Debono Grech issekonda n-nomina tal-Ministru Chris Cardona għall-kariga ta’ Deputy Leader Laburista.

Wara li għalqet l-ewwel ġurnata li fiha dawk interessati li jikkontestaw għall-kariga ta’ Deputy Leader setgħu jitfgħu n-nomina tagħhom, il-kummissjoni elettorali tal-Partit Laburista irċiviet żewġ nomini – dawk ta’ Chris Cardona u Stefan Zrinzo Azzopardi.

Fi stqarrija, il-Lejber ikkonferma li n-nomina ta’ Chris Cardona kienet proposta minn Ġuża Cassar u sekondata minn Joe Debono Grech, filwaqt li n-nomina ta’ Stefan Zrinzo Azzopardi kienet proposta minn Ġuża Cassar u sekonata minn Michael Buttigieg.

In-nominazzjonijiet jibqgħu miftuħin sal-lum, filwaqt li l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit se ssir bejn il-Ħamis 9 u l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju u f’każ ta’ bżonn is-Sibt 11 ta’ Ġunju.