Tliet persuni, fosthom Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija, weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ illum waranofsinhar fis-Siġġiewi.
Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.25pm fi Triq Lapsi, kienu nvoluti karozza tal-Pulizija u karozza oħra tat-tip Hyundai Accent, li kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena mis-Siġġiewi.
Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal ukoll tim mediku li ħa liż-żewġ Pulizija li kienu fil-vettura tal-Korp u lix-xufier tal-karozza l-oħra lejn l-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni ta’ saħħet il-persuni involuti għadha mhux magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>