Waqt li kien qed jitkellem fuq il-PBS dalgħodu, l-espert finanzjarju Francis J Vassallo sostna illi l-ebda Trust ma jinfetaħ “għal 10 liri”. U stqarr illi meta ma tiddikjarax Trust barra l-pajjiż huwa illegali għaliex tkun qed tevita milli tħallas it-taxxa.
Vassallo kien qed jieħu sehem f’diskussjoni flimkien ma’ Robert Borg, illi minn naħa tiegħu stqarr b’mod mill-aktar ċar kif il-Panama Papers tefgħu s-settur finanzjarju taħt kriżi.
Minn naħa tiegħu, Francis J Vassallo saħaq illi dan l-iskandlu għamel “dannu irreparabbli lil Malta.”
Sostna ukoll illi hu fil-professjoni tiegħu qatt ma jaħdem ma klijenti Maltin, għaliex dan faċilment ikun interpretat li qed isir biex tiġi evitata t-taxxa.
//= $special ?>