Lokali Mużika

RITRATT: “Qed inħossuna kburin u patrijotti”

“Waslet il-ġurnata. Dan huwa mument li fih tassew qed inħossuna kburin u patrijotti.”

Hekk kitbet fuq Facebook il-kantanta Pamela Bezzina li illejla se tkun backing vocalist ta’ Ira Losco għall-kanzunetta ‘Walk on Water’.

Pamela tiddeskrivi lil Ira Losco bħala “ir-reġina” li se tkun qed toħroġ qalba mad-diska sabiex twassal il-mija fil-mija lill-udjenza fi Stokkolma u fil-miljuni ta’ djar madwar l-Ewropa li se jkunu qed isegwu l-ispettaklu tal-lejla.

“Issa huwa l-mument li naraw il-frott tal-ħidma kbira li għamilna”, kitbet Pamela Bezzina.

Intant, bħalissa Ira Losco qed tiġi klassifika li tiġi mal-ewwel sitta tal-festival.