Lokali

Simon Busuttil f’laqgħa ma’ aktar ħaddiema, din id-darba taċ-Chef’s Choice

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busutitl żar iċ-Chef’s Choice f’Marsaskala, fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u mas-sidien tal-istabbiliment, kif ukoll tkellem magħhom dwar il-mod kif żviluppat l-ekonomija fil-kuntest tal-ħolqien tal-impjiegi.

Simon Busuttil tkellem dwar l-importanza li l-postijiet tax-xogħol jibqgħu joffru l-aqwa kundizzjonijiet għall-ħaddiema biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja.

Tul iż-żjara tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar id-diversi sezzjonijiet tal-kumpless, fosthom l-istabbiliment, il-fabbrika u l-uffiċini.

Hu kien akkumpanjat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina.