Terz tal-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-klinika tad-dijabete fl-Isptar Mater Dei telqu fl-aħħar jiem, biex issa nħolqot soluzzjoni fejn minn għoxrin infermiera, għad fadal biss tlettax.
Skont waħda mill-eksinfermiera li tkellmu ma’ The Times of Malta, Valerie Borg, il-problema bdiet minħabba uffiċjal f’kariga temporanja fit-tmexxija ta’ din il-klinika tant frekwentata.
L-infermiera tgħid li mindu laħaq dan il-persuna, hu qed jirrifjuta li jaħdem magħhom. Dan wassal biex bdiet sensiela ta’ talbiet minn infermieri li jixtiequ jiġu trasferiti.
Minflok is-sitta li ġew trasferiti baqa’ ma ġie ħadd, bil-konsegwenza li żdiedet il-pressjoni fuq il-kumplament. Fost l-oħrajn infermiera qalgħet ċamata għax fil-break marret tistrieh meta kien hemm ħafna xogħol.
Is-sitwazzjoni ħażina fl-isptar Mater Dei ma tiqafx biss fil-Klinika tad-Dijabete, kif spjegat f’editorjal minn The Times of Malta fejn jingħad li l-wegħdiet u l-ftaħir li l-waiting lists fl-isptar naqsu, jikkontrastaw ma’ dak li l-poplu qed iħoss u jesperjenza.
L-editorjal jikkwota stqarrija tal-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta fejn jingħad li fil-verità s-sitwazzjoni tal-waiting lists hi agħar minn qabel, u jeżisti nuqqas ta’ konsulenti.
L-Assoċjazzjoni saħansitra attribwiet it-tnaqqis fil-waiting lists għal problema iktar fil-fond, jiġifieri dewmien ikbar fid-dijanjosi tal-mard.
Fid-dawl ta’ dan l-editorjal tat-Times jgħid li jekk l-Aġent Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei Joseph Zarb Adami u l-Ministru Chris Fearne ma ndunawx b’dan, allura s-sitwazzjoni hi tat-tħassib.
//= $special ?>