Membru tal-ġurija tar-Russja ġiet irtirata minn RTR, it-televiżjoni tal-istat fir-Russja, wara li fetħet investigazzjoni mill-European Broadcasting Union (EBU).
Dan hekk kif ilbieraħ, waqt il-votazzjoni, il-membru tal-ġurija tellgħet filmat tal-votazzjoni b’mod dirett, fejn turi l-voti tagħha, li suppost ma jiġux żvelati qabel il-finali.
L-EBU ma kkunsidrax il-filmat bħala ksur tar-regoli, għaliex ma jikxifx il-voti globali tal-membri tal-ġurija kollha. Madankollu, wara taħdidiet mal-awtoritajiet Russi, il-voti tal-membru tal-ġurija li ġiet sospiża kienu dikjarati nulli.
Ir-Russja ngħatat l-opportunità li jintbagħat membru tal-ġurija ieħor sas-Sibt li ġej.
//= $special ?>