Il-fergħa tal-Marsa tal-Bank of Valletta, li tinsab f’5, Triq it-Tiġrija, dalgħodu kellha tingħalaq temporanjament għan-negozju wara li żviluppat ħsara żgħira fis-sistema tal-arja kondizzjonata minħabba ‘power surge’.
Fi stqarrija, il-Bank qal li fiċ-ċirkostanzi, kienu segwiti l-proċeduri kollha ta’ Health & Safety. Il-klijenti u l-impjegati kollha ġew evakwati immedjatament mill-bini, filwaqt li ħadd ma weġġa’ u ma kienet rappurtata l-ebda ħsara.
Filwaqt li spjega li l-fergħa issa qed topera b’mod normali, il-Bank irringrazzja lill-klijenti u lill-impjegati għall-koperazzjoni u l-appoġġ tagħhom matul dan l-inċident.
//= $special ?>