Ir-Reġina Eliżabetta II inqabdet f’filmat tilmeta dwar kemm kienu psatas uffiċjali Ċiniżi waqt iż-żjara s-sena li għaddiet tal-President Ċiniż Xi Jinping.
Il-filmat ħareġ ftit sigħat li ħareġ filmat tal-Prim Ministru David Cameron jgħid lir-Reġina, waqt avveniment ieħor, li n-Niġerja u l-Afganistan kienu l-aktar pajjiżi korrotti fid-dinja. Dan b’referiment tas-summit kontra l-korruzzjoni li se jiftaħ illum f’Londra.
Ir-Reġina għamlet il-kummenti tagħha waqt iż-żjara waqt riċeviment li kien hemm f’Buckingham Palace waqt li kienet qed titkellem ma’ uffiċjal għoli tal-Pulizija dwar it-trattament tal-Ambaxxatur Ingliż għaċ-Ċina waqt ż-żjara tas-sena li għaddiet.
Hi għamlet il-kumment hekk kif il-kap tal-Pulizija Lucy D’Orsi ilmentat kemm keinet diffiċli dik iż-żjara minħabba l-atteġament tad-delegazzjoni Ċiniża f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Il-Gvern Ċiniżi b’reazzjoni għal dak li xxandar qali li kien hemm relazzjonijiet tajbin bejn iż-żewġ pajjiżi imma kull filmat ta’ dak li ġara qed ikun imblukkat fiċ-Ċina mill-Gvern.
Ir-Reġina tilmenta dwar uffiċjali Ċiniżi “psatas”
