Fi stqarrija l-Kamra tal-Periti ddeplorat bil-qawwi l-fatt li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar qiegħda tfalli milli tikkonsulta b’mod serju mal-Kamra rigward proċeduri dwar applikazzjonijiet għall-ippjanar.
B’mod partikolari kkundanna l-fatt li l-Ordni tal-2007 dwar Notifikazzjoni dwar Żvilupp (magħruf bħala DNO) ġie revokat unilateralment permezz ta’ Avviz Legali 164 ta’ l-2016 mingħajr ebda forma ta’ avviż, u dan bi ksur tal-provvedimenti ta’ l-Artiklu 55 ta’ l-Att dwar l-Ippjanar u l-Izvilupp li jobbligaw lill-Kunsill Eżekuttiv ta’ l-Awtorita’ biex jikkonsulta formalment mal-Kamra tal-Periti.
B’riżultat ta’ dan in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi legali tal-Kunsill Eżekuttiv, membri tal-professjjoni m’humiex f’pożizzjoni li jagħtu pariri lill-klijenti tagħhom b’mod infurmat, u din is-sitwazzjoni rriżultat ukoll f’vacuum peress li l-Awtorita’ bħalissa mhix qiegħda taċċetta sottomissjonijiet ġodda taħt l-Ordni sakemm jiġi ppubblikat Avviż Legali ġdid biex jieħu post l-Ordni li issa ġie rrevokat.
Il-Kamra tal-Periti talbet lill-Gvern biex, b’mod immedjat, jirtira l-Avviż Legali msemmi, u li jassigura li l-provvedimenti kollha tal-Att dwar l-Ippjanar u l-Iżvilupp jiġu osservati.
Il-Kamra tal-Periti talbet ukoll li l-Kunsill Eżekuttiv jikkonsulta mal-Kamra b’mod serju, u dan mhux biss għaliex hemm obbligi li joħorġu mill-Att dwar l-Ippjanar u l-Izvilupp u mill-Att dwar il-Periti, iżda iktar minn hekk għaliex konsultazzjoni adegwata u serja mal-professjoni tassigura t-trasparenza li tant hija importanti fil-proċessi tal-ippjanar.
//= $special ?>