Internazzjonali

Lejn dritt fi Franza li ma taqrax l-emails tax-xogħol id-dar

Il-President Francois Hollande mistenni japprova abbozz ta’ liġi li bih il-ħaddiema fi Franza se jingħataw “id-dritt” li wara l-ħinijiet tax-xogħol ma jaqrawx l-emails tax-xogħol.

Permezz ta’ dan l-abbozz, kumpaniji ta’ aktar minn 50 ħaddiema se jkunu obbliġati jfasslu dokument tal-kondotta mistennija mill-ħaddiema li fost l-affarijiet ikun hemm is-sigħat meta l-ħaddiema ma jistgħux jaqraw jew jibgħatu l-email – filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa.

Il-Gvern Franċiż, għalkemm kien hemm minn żeblaħ b’din il-proposta, qal li fiż-żminijiet tal-lum din kienet problema serja u kien hemm bżonn intervent beix l-affarijiet jiġu reġolati. Dan għaliex kien hemm kumpaniji li jistennew li l-impjegati jwieġbu l-emailsf’kwalunkwe ħin tal-ġurnata.

Esperti qalu li fid-dinja tal-lum bit-teknoloġija li hawn, wieħed ikun telaq mill-uffiċju imma fil-verità jkun għamel dan biss fiżikament peress li mid-dar xorta jkun baqa’ f’kuntatt. Esperti qalu li l-emails u messaġġi oħra li jkomplu jintbagħtu u jintwieġbu meta wieħed ma jkunx xogħol qed ikabbar sostanzjalment l-istress u jkissru ħafna mentalment.

Dan il-provdediment dwar l-emails hu parti minn liġi ġdida dwar ix-xogħol li f’dawn l-aħħar ġranet qanqlu protesti fit-toroq ta’ Pariġi imma minħabba regoli ġodda li hemm. Din tal-emails wieħed jista’ jgħid hi kważi l-unika parti tal-liġi li dwarha l-Parlament kollu jaqbel.
Diġà hemm diversi kumpaniji kemm fi Franza imma anki f’pajjiżi oħra li ħadu passi beix il-ħaddiema la jmorru d-dar jistrieħu u ma jistgħux jibgħatu jew iwieġbu messaġġi mix-xogħol.