Lokali

“Surreali” li Muscat jitkellem kontra l-korruzzjoni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat reġa’ ħalla pajjiżna għal dik li hi t-tielet żjara barra minn Malta fi żmien ġimgħa.

Muscat jinsab Londra fejn aktar tard illum se jindirizza laqgħa tal-Commonwealth li hija iffukata fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-Prim Ministru Malti mistenni jitkellem kontra l-korruzzjoni għall-habta tal-5pm – xi haga imfissra bhala “surreali” mill-Kap tal-PN Simon Busuttil. Hu sostna dan f’messaġġ li ħalla fuq Twitter.