Lokali

Anke l-Prim Ministru Awstraljan imċappas fil-Panama Papers

Il-ġurnal awtorevoli Australian Financial Review dalgħodu ippubblika artiklu dwar il-Prim Ministru Malcolm Turnbull illi ismu jinsab fil-Panama Papers. L-artiklu huwa ibbażat fuq informazzjoni li mhix aċċessibbli għall-pubbliku.

Turnbull, li huwa multi-miljunarju kbir, kien Direttur ta’ kumpanija fil-British Virgin Islands assoċjata ma’ minjiera tad-deheb fis-Siberja. Din il-kumpanija kienet twaqqfet fis-snin 90 minn Mossack Fonseca.

L-Oppożizzjoni fl-Awstralja qalet illi l-Prim Ministru għandu jagħti spejgazzjoni ċara fuq kif waqqaf din il-kumpanija f’tax haven. “Turnbull għandu jkun ċar u ġenwin man-nies”, qalet l-Oppożizzjoni.