Sport Sport Ieħor

Deheb għal William Chetcuti fid-Double Trap

It-tiratur Malti William Chetcuti laqat straight ta’ 30 fix-shootoff għall-midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tad-Double Trap fil-Grand Prix Internazzjonali li qed isir bħalissa fil-Bidnija.

Fil-finali Chetcuti għeleb lill-Malti l-ieħor Gianluca Chetcuti li minn naħa tiegħu laqat 25 minn 30 plattina. Fit-tielet post spiċċa t-Taljan Alessandro Chianese u fir-raba’ post spiċċa Nathan Lee Xuereb.