F’intervista ma’ Net, il-membru tal-grupp ABBA, Bjorn Ulvaeus, żvela li l-film li għamel tant suċċess, “Mamma Mia” kien se jinġibed f’Malta, iżda għal xi raġuni, dan il-film li hu bbażat fuq il-musical “Mamma mia” tal-grupp ABBA, inġibed fi gżira fil-Greċja.
Bjorn, li kien membru u l-moħħ tal-grupp ABBA, f’intervista fi Stokkolma fl-Isvezja, fejn bħalissa qed isir il-Eurovision Song Contest, tkellem dwar kif meta l-grupp rebaħ il-Eurovision fl-1974 bil-kanzunetta “Waterloo”, ħajjitehom inbidlet ta’ taħt fuq, u minn grupp li ma kien jafu ħadt, sar grupp popolari madwar id-dinja kollha, b’kanzunetti li kisbu suċċess kbir u għadhom popolari sal-lum il-ġurnata, fosthom, “Dancing Queen”, “Fernando”, “Mamma Mia” u aktar.
Fl-intervista, Bjorn, jawgura lil Ira kull suċċess għal nhar is-Sibt waqt li jsostni li hu għadu jsegwi l-Eurovision ta’ kull sena, biss isegwi biss is-serata finali.
//= $special ?>