Lokali

Filmati: Joseph Muscat b’dak li qal jibqa’ ma jammettix.

F’dawn il-jiem, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jattendi Summit li tratta l-korruzzjoni. Ilbieraħ, waqt li kien qed jindirizza sessjoni qabel bdiet il-laqgħa finali tas-Summit, Muscat fisser l-azzjoni tiegħu fil-konfront ta’ Konrad Mizzi bħala deċiżjoni iebsa ħafna.

Madankollu, dak li ma qalx Joseph Muscat kien li fid-deċiżjoni tiegħu, hu ħalla lil Konrad Mizzi bħala Ministru u lil Keith Schembri bħala Chief of Staff fl-Uffiċċju tiegħu.

Fl-istess panel ma’ Joseph Muscat f’din il-konferenza, kien qed jintervjeni wkoll Rashiv Joshi, li hu parti minn “The B Team”, organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt u bl-għan aħħari li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

F’intervent matul il-konferenza, Rashiv qal li dawk il-mexxejja politiċi li jiddeċiedu li ma jieħdux azzjoni, ikunu qed jikkundannaw lilhom infushom li ma jerġgħux jiġu eletti.

B’reazzjoni għall-intervent tal-Prim Ministru fis-Summit, fuq Twitter, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kiteb li b’dak li qal, Muscat qed jibqa’ ma jammettix.