Internazzjonali

‘Kważi ċerti’ minn fdalijiet tal-MH370

epa05300690 (FILE) A handout file combo picture made available on 12 May 2016 shows an image dated 21 March 2016 (top-L) showing a part of a plane debris found in Mossel Bay, near Cape Town, South Africa; and two undated handout pictures made available by the Australian Transport Safety Bureau (ATSB) of the detail of a piece of metal found on a beach in Mozambique (top-R and bottom). Malaysian Transport Minister Liow Tiong Lai confirmed on 12 May 2016 that the debris found in South Africa and Mauritius 'almost certainly' belong to the Malaysia Airlines flight MH370 which disappeared on 08 March 2014 with 239 people on board. EPA/NEELS KRUGER // ATSB/BLAINE GIBSON HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Żewġ biċċiet ta’ ajruplan li nstabu fuq bajjiet fl-Afrika t’Isfel u l-Mauritius kważi ċertament ġejjin mit-Titjira MH370 tal-Malasian Airlines, li ilha nieqsa mindu l-ajruplan inkwistjoni għeb waqt titjira mill-Malasja lejn iċ-Ċina, f’Marzu tal-2014.
Dan hu l-aħħar żvilupp fil-misteru dwar l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu 239 persuna u li kien qed itir minn Kuala Lumpur għal Beijing. Ħafna jaħsbu li l-ajruplan iġġarraf fl-Oċean Indjan wara li ħareġ mir-rotta maħsuba. Fil-preżent, numru ta’ bastimenti qed ifittxu għalih f’zona ta’ oċean li tkopri madwar 120,000 kilometri kwadri.
Talanqas ħames elementi, issa, huma kkonfermati bħala partijiet ‘definittivi’ jew ‘probabbli’ tal-ajruplan partikulari. Kull parti nstabet eluf ta’ mili ’il bogħod mis-search area indikata.
Il-fdalijiet kollha qegħdin ikunu eżaminati fl-Awstralja mill-Australian Transport Safety Bureau (ATSB) u esperti oħra. Intant, il-Ministru tat-Trasport Malasjan, Liow Tiong Lai, tenna li ż-żewġ biċċiet tal-ajruplan li nstabu fl-Afrika t’Isfel u fl-inħawi tal-Gżira ta’ Rodrigues ‘huma kważi ċertament tat-Titjira MH370’.