Lokali

L-ambjentalisti jipprotestaw dwar qtugħ esaġerat ta’ siġar fl-Università ta’ Malta

Il-qtugħ esaġerat u salvaġġ ta’ aktar minn 60 siġra taż-żebbuġ madwar il-ground tal-Università ta’ Malta ġabu r-reazzjoni ta’ numru ta’ għaqdiet ambjentali, li kkundannaw dan il-qtugħ u qalu li dan qed ikompli jwassal għall-qerda ta’ siġar Maltin.

Il-qtugħ ta’ dawn is-siġar sar mill-Università ta’ Malta, li qalet li l-qtugħ esaġerat kienet deċiżjoni żbalajta li mhux se terġa’ tkun ripetuta fil-futur. L-Università qalet li s-siġar kienu kibru ħafna u l-friegħi ta’ fuq kienu mietu.

Dan ġab ilmenti mingħand ir-residenti, li qalu li dawn setgħu jintużaw biex in-nies jittawlulhom għal djarhom minn fuqhom. Jirriżulta li l-Università għażlet l-anqas offerta biex jintgħażel il-kuntrattur li jaqta’ s-siġar.

Dan kollu wassal għal rabja kbira mill-ambjentalisti, li nġabru fil-ground tal-Università u ndirizzaw konferenza tal-aħbarijiet biex jikkundannaw l-aġir tal-Università. Huma qalu li dawn kienu siġar indiġeni Maltin li ma setgħux jitqaċċtu