Lokali

“L-Għannej tal-Mulej” premjat għall-ħidma tiegħu

Ġorġ Agius, jekk kif inhu magħruf fost il-Maltin “L-Għannej tal-Mulej” ġie onorat għall-ħidma tiegħu fost l-anzjani u l-morda mill-kumpannija Caremalta u ingħata l-Premju Nazzareno Vassallo waqt ċeremonja li saret fil-Palazz Verdala taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca.

Is-Sur Agius, membru tas-Soċjeta tal-Muzew, li għandu 92 sena, ilu għal aktar minn 65 sena, ta’ kuljum, iżur l-anzjani u l-morda fl-isptarijiet u jipprovdilhom kuraġġ u wens permezz ta’ kliem sempliċi u ħafna drabi b’rima li toħroġ b’tant naturalezza minn fommu. Gorg Agius huwa mill-Birgu. Fil-fatt il-kunsill lokali ta’ dan il-lokal kien fost dawk li nnominawh għall-premju.

Waqt din l-attivita’ ingħata wkoll unur lill-Professur John Rizzo Naudi. Il-Professur Rizzo Naudi li llum għandu 90 sena, huwa meqjus bħala l-moħħ wara l-ħolqien tad-dipartiment responabbli mill-anzjani, tal-universita tat-tielet eta u ta’ l-ewwel servizzi li bdew jinghataw lill-anzjani fil-komunita bħat-telecare u l-home help care.

Fid-diskors tagħha Natalie Briffa Farrugia Kap Eżekuttiv ta’ Caremalta iddeskriviet da nil-premju li issa daħal fis-16-il edizzjoni tiegħu bħala rikonoxximent li l-kumpannija tagħti lil tant persuni, fosthom ħafna anzjani, għall-ħidma tagħhom b’risq is-soċjeta.

Nazzareno Vassallo, ic-Chairman ta’ Vassallo Group ħabbar li l-Grupp, wara esperjenza ta’ 23 sena fil-kur atal-anzjani se jkun qed jespandi s-servizzi tieghu lill-persuni b’dizabilita permezz tal-kumpannija HILA bi ftuħ tal-ewwel dar fil-komunita, Casa Apap Bologna, fil-Mosta aktar tard din is-sena.

Il-President Coleiro Preca, li ppreżentat il-premju lis-seur Agius, lill-Professesur Rizzo Naudi u tifkira lil kulwiehed u waħda mis-16 nominati, iddeskriviet din l-attivita bħala festa u celebrazzjonijiet ta’ anzjanita attiva u tal-kontribut li l-anzjani għadhom jistghu joffru lis-socjeta.