Raġel ta’ 46 sena minn Għawdex kien illiberat mill-Qorti, li f’Awsissu 2005 f’Marsalforn kkorrompa lil bintu, li dak iż-żmien kellha 15-il sena. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, innotat li l-proċeduri marbuta mal-każ bdew fl-2010 dwar l-allegat każ li seħħ f’Awwissu 2005 u s-sena ta’ qabel.
Il-każ kien mibni fuq diversi każi rappurtati dwar sitwazzjoni li fihom saru allegazzjonijiet li l-missier kien abbuża seswalment minn bintu. Fost l-allegazzjonijiet kien hemm li l-missier dilek mediċina ma’ bintu meta din kienet ma tiflaħx, kif ukoll li kien jara l-pornografija d-dar.
Il-missier ċaħad li kien abbuża minn bintu u fl-istqarrija qal lill-Pulizija li l-każ kien mibdi minħabba separazzjoni ma’ omm it-tifla. Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Mifsud ikkritika l-mod kif saru l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, fosthom il-mod kif inbidel l-Uffiċjal Prosekutur fil-każ.
Il-Qorti lliberat lill-akkużat u qalet li ma rriżultawx provi ta’ abbuż. Il-Maġistrat kompla li jkun ħażin jekk is-soċjetà tiġi f’sitwazzjoni fejn missier ma jistax jikkura jew jaħsel lil bintu ta’ età żgħira għax jibża’ li se jispiċċa akkużat b’abbuż. Jekk dan iseħħ, sostna l-Maġistrat Mifsud, is-soċjetà tkun waqgħet fir-ridikolu.
//= $special ?>