Lokali

Politika Onesta – illejla jiftaħ il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

Illejla jiftaħ il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, bit-tema “Politika Onesta”, imqassam f’żewġ sessjonijiet.

L-ewwel sessjoni, tal-lejla, se tinkludi Diskors mis-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u għeluq mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco.

Imbagħad, il-Kunsill Ġenerali jkompli l-Ħadd filgħodu, b’diskorsi mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami u d-diskors tal-għeluq mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Il-ħidma għal dan il-Kunsill Ġenerali ilha li bdiet, b’numru ta’ laqgħat għall-Kumitati Distrettwali, li matulhom ingħatat ħarsa lejn il-ħidma tal-Partit fl-aħħar tliet snin. Kien hemm ukoll suġġerimenti u proposti biex il-Partit ikompli miexi ‘l quddiem fis-sentejn li ġejjin bi tħejjija għall-elezzjoni ġenerali.

Għal dan il-kunsill Ġenerali se jkun hemm ukoll trasport minn Għawdex u jitlaq mal-vapur tat-8.15 ta’ filgħodu.