Futbol Sport

Possibbiltà ta’ projbizzjoni fuq Manchester City minħabba plejer żagħżugħ Malti

Pep Guardiola jista’ jibda l-esperjenza tiegħu ma’ Manchester City bi projbizzjoni mill-FIFA li ma tħallihomx jixtru plejers matul is-Sajf li ġej. Dan wara li City irreġistraw lil plejer Malti li għandu anqas minn 18-il sena.

Il-plejer huwa Myles Beerman li kien ġie reġistrat mal-Blues fl-2014 meta kellu biss 15-il sena. Iżda Beerman kien ingħaqad ma’ Manchester City mingħand Floriana fl-2012, meta kellu 13-il sena.

Dan kollu jista’ jwassal ukoll għal multa fuq l-MFA, minħabba li skont ir-regoli tal-FIFA, il-plejer Malti kien għadu taħt l-eta’.

Missier Myles huwa Richard Beerman, eks plejer ta’ Mosta u Imġarr.