Lokali Parlament

Talba biex Maġġur tal-Pulizija jiġi rtirat mill-Parlament wara kliem dispreġġjattiv kontra MP

Ilbieraħ filgħaxija, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius bagħat ittra lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, li fiha talbu biex il-Maġġur Eugenio Caruana jiġi rtirat mill-ħidma tiegħu fil-Parlament.

Dan minħabba l-aġir tiegħu meta kiteb kliem dispreġjattiv kontra Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni. Min-naħa tiegħu, l-Ispeaker digà bagħat ghal dan il-Maġġur u għamillu twissija.

Agħfas hawn biex taqra l-ittra mibgħuta mill-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius.