Kurżitajiet

Żvelati l-ewwel xeni tal-film Assassin’s Creed miġbuda f’Malta

Il-film Assassin’s Creed li inġibed f’Malta is-sena li għaddiet beda jieħu l-ħajja. Dan hekk kif ilbieraħ il-kumpanija 20th Century Fox ħarġet l-ewwel trailer ta’ dan il-film, meqjus bħala wieħed mill-akbar produzzjonijiet għal din is-sena.

The film, bis-sehem ta’ Michael Fassbender, se jkun ibbażat fuq il-famuża video game li ġġib l-istess isem. Partijiet kbar tal-film inġibdu fl-inħawi tal-Belt Valletta.

Fassbender huwa famuż għar-rwoli tiegħu f’Shame, 12 Years A Slave u Macbeth.

Marion Cotillard tieħu sehem fl-istess film flimkien ma’ Michael Kenneth Williams u Ariane Labed. Id-direzzjoni hija ta’ Justin Kurzel, u l-film kellu baġit ta’ $200 miljun.

Minbarra x-xeni ta’ Malta, il-film Assassin’s Creed inġibed ukoll fi Spanja u f’Londra.