Lokali Qorti

Akkużat b’pussess u bi traffikar ta’ droga kannabis

Raġel ta’ 37 sena minn Sierra Leone dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu reżina tad-droga cannabis liema d-droga instabet f’ċirkostanzi li ma kienitx għall-użu personali tiegħu.

Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, l-Ispettur Maurice Curmi spjega kif Awal Mohammed kien arrestat nhar l-Erbgħa f’San Pawl il-Baħar wara li rċevew rapport li kien hemm xi ħadd li kien qed ibiegħ id-droga. Huma sabu madwar 16-il gramma ta’ raża tal-cannabis moħbija f’pakkett tas-sigaretti. Awal Mohammed wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €400 u garanzija personali ta €8,000.

Awal Mohammed kien assistit mill-Avukat tal-għajnuna legali Simon Micallef Stafrace