Matul l-aħħar sena fl-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid kienet għaddejja kampanja edukattiva bl-għan li l-istudenti jitgħallmu jibżgħu għall-ilma bħala parti minn Catch the Drop Campaign.
Dahn sar permezz tal-kampanja ‘L-ilma ħajjitna ibża’ għalih’ b’numru ta’ żjarat u attivitajiet matul is-sena kollha.
Il-messaġġ ta’ din il-kampanja tpoġġa wkoll fil-prattika b’sistemi li jnaqqsu l-ħela fl-iskola, kif ukoll saru 1,500 stiker bit-tema ‘Nibżgħu għall-ilma’ biex dawn jitqassmu fis-suq ta’ Raħal Ġdid. Fuq dawn inkitbu messaġġi favur l-ilma biex il-messaġġ jasal ukoll għand in-nies.
L-istickers intagħżlu minn tpinġijiet tal-istudenti stess wara kompetizzjoni li minnha ntagħżlu sitt rebbieħa. Dawn ingħataw premju waqt attività li saret il-Ġimgħa fl-iskola stess.
//= $special ?>